St. Joseph Blata L-Bajda Junior School

St Joseph Blata L-Bajda Junior School


Our Special Feast for St Joseph

Illum ġiet fi tmiemha ġimgħa ddedikata lil Malta. Flimkien iċċelebrajna lil San Ġużepp b’quddiesa animata mit-tfal u b’festa brijuża. Bandalori, vara, sunetti, bandisti, marċi, bnadar, kant u żfin….festa ta’ ferħ kbir. Wara li t-tfal tas-sitt sena fakkruna wkoll fiż-żifna tradizzjonali Maltija, spiċċajna bl-Innu Malti. Żgur li din il-ġimgħa qanqlet l-interess fil-kultura Maltija u f’dak kollu li hu Malti.